F’seduta li waslet għal Sentenza ta’ għaxar xhur ħabs li issa ġiet mibdula mill-Qorti tal-Appell għal multa, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech indirizzat lill-akkużat fl-Awla bil-miftuħ b’dan id-diskors.
“Ilkom iddejquni, int u missierek, sa minn meta kont għadni naħdem fl-Uffiċċju tal- Avukat Ġenerali.”
Ma nafx hux dan il-kliem eżatt, però dak li riedet tfisser.
Dan kollu juri li Donatella Frendo Dimech kkundannat bniedem għal dak li seta’ għamel missieru, u wara 10 snin Maġistrat għadha kundizzjonata minn meta kienet Prosekutur.
Sitwazzjoni tal-waħx.
Kieku jien kont flok l-akkużat, nagħmilha rapport quddiem il-Kummissarju għall-Istandards tal-Ġudikatura, bħal ma diġà għamilt.
Dan kollu sar fil-Qorti t’Għawdex fejn fi ftit żmien ġabitu burdell.
Infakkar illi fi Frar li għadda, u wara li kont ippubblikajt diversi artikli, il- Prim Imħallef Mark Chetcuti kien waqqaf lil Maġistrat Frendo Dimech mill-Qorti t’Għawdex u reġa’ assenjaha Malta.

