Silvio Camilleri wiċċ l-askri kien Avukat Ġenerali mill-2004 sal-2010 u mbagħad, GonziPN ħatru Prim Imħallef.
Għalhekk, meta nitkellmu dwar is-setgħat tal-Avukat Ġenerali, il-ġurija u l-appelli kriminali, qed nitkellmu dwar sistema li Camilleri jafha minn ġewwa.
Fejn kienet din l-urġenza kollha meta l-Avukat Ġenerali ma kellux is-setgħat li għandu llum biex jappella minn ċerti verdetti ta’ ħelsien?
Il-bidla kruċjali waslet bl-Att IV tal-2014, taħt Gvern Laburista, meta ġie estiż id-dritt proċedurali tal-Avukat Ġenerali li jappella. Aktar tard, fl-2018, il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat punt importanti ieħor: dawn ir-regoli proċedurali kellhom applikazzjoni immedjata, anke għal proċeduri li kienu bdew qabel l-emendi.
https://legislation.mt/eli/act/2014/4/eng/pdf?utm_source=chatgpt.com
Apparti li huwa dettall tekniku, huwayparti essenzjali mill-istorja.
Għalhekk min illum jitkellem dwar il-ħtieġa li verdett ta’ ġurija jkun jista’ jiġi mistħarreġ għandu jgħid ukoll min bidel il-liġi biex jagħti lill-Avukat Ġenerali għodda li qabel ma kellux bl-istess mod.
Dr. Silvio Camilleri għandu l-obbligu jkun preċiż dwar din l-istorja. Kien Avukat Ġenerali taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista. Imbagħad dik l-istess Amministrazzjoni elevatu għall-ogħla kariga fil-Ġudikatura.
Nistaqsi x’kienet il-pożizzjoni tiegħu meta kellu f’idejh l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-liġi kienet differenti?
Jekk illum dawn l-oqbra mbajda verament irridu dibattitu serju dwar il-ġustizzja, ma nistgħux nibdew nikkwotaw l-istorja mill-paġna li taqbel lilhom.
Irridu nibdew mill-bidu.
Min kellu s-setgħa. Min ma kellux is-setgħa. Min seta’ jbiddel il-liġi. Min fil-fatt bidilha. U min illum qed jitkellem bħallikieku dik l-istorja qatt ma seħħet.


1 Comment
Nies sahta ta pajjizhom Oqbra mbajda fil veru sens tal kelma. Il birah it tifel tas sahara hareg iwerzaq li qed titnaqqar il-gustizzja.