Nagħmel referenza għall-artiklu ppubblikat fuq dan is-sit intitolat “Iwieġbuk Biss Jekk Int ta’ Repubblika” fejn aċċennajt li t-tweġiba li rċevejt mingħand Repubblika dwar l-Annual Report and Financial Statements datat 31 ta’ Diċembru 2023 ingħatat minn nutar Robert Aquilina.
Dr. Aquilina bgħatli din il-kjarifika;
“Nirreferi għall-blog pubblikat minnek f’dawn l-aħħar siegħat bit-titolu “Iwieġbuk Biss Jekk Int ta’ Repubblika” u li fih hemm inkluż ritratt tiegħi u l-affermazżjoni “risposta li qaluli kitibha n-Nutar tal-Kurja”.
Ġentilment ninfurmak li l-imsemmija affermazzjoni mhix veritjiera u għaldaqstant nitolbok tagħmel il-korrezzjoni meħtieġa f’dan ir-rigward.”