Din hi sentenza mogħtija fit-3 ta’ Marzu 2009 meta fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta ma kien hawn ebda persuna jisimha Giannino Caruana Demajo.
Iva sewwa qed tifhmu. Ma kien hawn ebda persuna jisimha Giannino Caruana Demajo‼️
Sa dak ż-żmien dak l-Imħallef kien jismu GIOVANNI Caruana Demajo. Kien biss madwar tlett snin wara li għamel kawża biex jibdel ismu minn Giovanni għal Giannino.
Fuq dik is-sentenza hemm isem ta Imħallef li dak iż-żmien ma kienx jeżisti.
Bħal din hemm mijiet jekk mhux eluf ta’ sentenzi.
Se nagħmel mistoqsija sempliċi.
Dawn is-sentenzi se jitħassru?
L-Imħallef dak iż-żmien ma kienx jismu Giannino iżda Giovanni.
L-isem tal-Imħallef mhux korrett!
Illum il-Jum Dinji għas-Saħħa Mentali. Dan s-sit jingħaqad mal-kumplament tad-dinja sabiex jiċċelebra dan il-Jum u juri solidarjetà ma kull min ibati minn mard mentali.
Is-saħħa mentali hija importanti daqs is-saħħa fiżika.
Skont l-Kostituzzjoni Imħallef jista’ jitneħħa mil-kariga minħabba mard mentali u din wieħed jifhimha minħabba r-responsabbiltà li ġġorr magħha l-kariga ta Imħallef.