Ministru Chris Bonett,
Jien erġajt,
Bħal ma diġà għidtlek, il-Ministeru li ġie fdat lilek mhux xi assoċjazzjoni tal-futbol.
Ministeru ghat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi.
Jien mhux se noqgħod nagħmel PQs jew ngħid lil The Times jagħmlulek il-mistoqsijiet.
Mela ħa nibda nistaqsik;
Tista’ tinforma lill-poplu Malti kif tqassmu t-trinek tal-Enemalta?
Kemm Direct Order u anke permezz ta’ Tenders.
Nifhem li ġej weekend. Avolja din informazzjoni li għandu jkollok aċċess għaliha billi tgħafas buttuna fuq il-computer. Però se nistenna sa nhar it-Tnejn.