Għadni kif ġejt mil-pjazza fis-Siġġiewi fejn se ssir ic-cerimonja tal-Fondazione Falcone fil-jiem li ġejjin. Fil-jiem li ġejjin se npoġġi placards bħala protesta paċifika li juru u jesponu min kienet verament Daphne Caruana Galizia.
Il-Fondazione Falcone se jagħmlu żball jassoċjaw mal-kawża ta’ Daphne li kienet akkużata bi vjolenza domestika, kellha proċeduri fuq evażjoni ta’ taxxa u karriera twila ta’ kitbiet ta’ mibegħda.
Jekk l-klikka ta’ Daphne għandhom dritt ipoġġu placards ta’ protesta mal-monument tal-Assedju, mela jien għandi dritt npoġġi placards ta’ protesta fi pjazza pubblika fis-Siġġiewi.
Din hija protesta paċifika u eżerċizzju tal-libertà tal-espressjoni f’post pubbliku.