Qed nippubblika Lment li bagħat lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
Dan relatat mal-Membru Parlamentari Nazzjonalista Justin Schembri.
Il-Partit Laburista ma jistax jibqa’ f’rokna jaqla’ daqqa waħda l-oħra.
Wasal iż-żmien li nibdew nagħtu daqqiet lura.
Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika
11, Triq San Pawl,
il-Belt Valletta VLT 1210,
Malta
Ilmentatur: Neville Gafà
Data tal-Ilment: L-Erbgħa 13 ta’ Novembru 2024
L-Ilment :
Jirrigwarda l-Onorevoli Justin Schembri, Membru Parlamentari Partit Nazzjonalista – L-Erbatax-il Leġislatura li ġġib il-bidu tagħha 2022.
Illi l-Onorevoli Justin Schembri huwa impjegat fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni bħala Għalliem.
Illil-Onorevoli Justin Schembri suppost ikun qed jaħdem fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni, imma ma jmurx għax-xogħol.
Illi l-Onorevoli Justin Schembri ma jirrapurtax għax xogħol iżda jieħu l-paga xorta waħda.
Sur Kummissarju,
Kull Deputat Parlamentari huwa marbut bil-kodiċi ta’ etika għad-Deputati li jinsab fl-ewwel skeda tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.
Membru tal-Kamra tad-Deputati għandu f’kull waqt, sew jekk ġewwa jew barra l-Kamra, iġib ruħu b’mod li jkun jixhed l-istatus u d-dinjità tal-Kamra tad-Deputati.
Nemmen li meta l-Onorevoli Justin Schembri mhux jirrapporta fuq il-post tax-xogħol u addirittura jibqa’ jitħallas b’mod regolari, u mill-flus il- poplu, allura qed jikser il-kodiċi ta’ etika għad-Deputati.
L-Onorevoli Justin Schembri qed jonqos milli jsegwi l-obbligu etiku jew dmir ieħor li joħroġ mil-liġi. F’ dan il-każ għaliex huwa impjegat maċ-ċivil u allura mħallas mill-Istat.
Għaldaqstant, permezz ta’ dan il-komunikat, qed ġentilment nitolbok tinvestiga lil l-Onorevoli Justin Schembri għal dan l-abbuż li jista’ jirriżulta fi ksur tal-kodiċi ta’ etika għad-Deputati.
Mehmuż dokument relatat għall-attenzjoni ġentili tiegħek.
Neville Gafà
1 Comment
The Real Person!
The Real Person!
Qabzitilhom din lil tar Repubblika ghax kieku diga sejhu protesta . Prosit Neville