Search
Close this search box.

Għada l-Erbgħa se nerġa’ npoġġi placards fuq il-Monument

Neville Gafa

~ 6 hours ago

Għada l-Erbgħa se nerġa’ npoġġi placards fuq il-Monument

Illum kelli komunikazzjoni mal-Pulizija tal-Belt li qed jinvestigaw t-teħid ta’ diversi placards li poġġejt jien fuq l-monument tal-Assedju u li jesponu lil Daphne Caruana Galizia bħala tax evader, hate blogger u domestic violence.

 

 

Nirringrazzja lil Pulizija għall-isforzi tagħhom biex jinqabad min mhux jirrispetta l-libertà tal-espressjoni tiegħi li npoġġi placards bħal klikka ta’ Daphne.

 

Skont is-sentenza tal-Imħallef Zammit McKeon, li tpoġġi l-placards fuq l-monument tal-Assedju hija libertà tal-espressjoni u jien hekk qiegħed nagħmel.

 

 

Mhux qed nikser liġijiet. Però l-placards qed idejquhom u qed ineħħuhom. Anke li poġġejt dan l-lejl neħħewhom.

 

Inħabbar minn issa li għada sbieħ l-Erbgħa se nerġa’ mmur npoġġi l-placards. Mhux se naqta’ qalbi għax qiegħed fis-sew. Mhux se nċedi għal min irid iqarraq.

 

Ingħaqdu miegħi sabiex il-monument tal-Assedju jiġi meħlus u jerġa’  jsir ta’ kulħadd.  Tagħna lkoll.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *