It-tabiba Joanna Delia ħarġet b’ teorija sempliċi iżda fl-istess waqt oxxena. “Nobody can take your kidney, but the State controls the uterus” “Ħadd ma jista’ jeħodlok il-kliewi, iżda l-Istat jikkontrolla l-utru” Issa li ilni jumejn naħseb fuq dak li qalet, m’għadnix inħares lejh bħala slogan iżda bħala teorija. Il-paragun li qed […]
Qattajt parti kbira minn ħajti bħala kirurgu tat-tfal, naħdem biex insalva l-ħajjiet u nħares il-futur ta’ dawk l-aktar vulnerabbli. Din il-ġimgħa kelli l-unur kbir li, fil-Ġnus Magħquda fi New York, immexxi laqgħa dwar it-Tfal u l-Kunflitt Armat — laqgħa li tfakkarna fir-responsabbiltà kollettiva tagħna quddiem traġedja li ma tistax tħallina indifferenti. Is-sena […]
Il-kejl morali ta’ soċjetà ma jinsabx biss fil-libertajiet li tagħti, iżda fil-protezzjoni li toffri lil min ma jistax jiddefendi lilu nnifsu. Il-valur ta’ bniedem ma jiddependix mill-kapaċità tiegħu li jitkellem, jipprotesta jew jiddefendi l-interessi tiegħu. Il-kejl morali ta’ soċjetà jidher proprju fil-mod kif tittratta lil dawk li għandhom l-inqas poter: l-anzjani, […]