Qattajt parti kbira minn ħajti bħala kirurgu tat-tfal, naħdem biex insalva l-ħajjiet u nħares il-futur ta’ dawk l-aktar vulnerabbli. Din il-ġimgħa kelli l-unur kbir li, fil-Ġnus Magħquda fi New York, immexxi laqgħa dwar it-Tfal u l-Kunflitt Armat — laqgħa li tfakkarna fir-responsabbiltà kollettiva tagħna quddiem traġedja li ma tistax tħallina indifferenti. Is-sena […]
Il-kejl morali ta’ soċjetà ma jinsabx biss fil-libertajiet li tagħti, iżda fil-protezzjoni li toffri lil min ma jistax jiddefendi lilu nnifsu. Il-valur ta’ bniedem ma jiddependix mill-kapaċità tiegħu li jitkellem, jipprotesta jew jiddefendi l-interessi tiegħu. Il-kejl morali ta’ soċjetà jidher proprju fil-mod kif tittratta lil dawk li għandhom l-inqas poter: l-anzjani, […]
Aħna tal-Labour nirringrazzjaw minn qalbna lit-tesserati tal-Partit Nazzjonalista għall-għażla li għamlu meta f’Settembru li għadda eleġġew lil Alex Borg bħala Kap. Adrian Delia kien qrib jumiljah. Iżda Robert Abela umiljah. Alex Borg jgħazaq aktar milli jieħu nifs. Issa qal li sab soluzzjoni ġdida għall-problema tal-PN: ressaq lilu nnifsu eqreb lejn Kastilja. Mhux […]