L-istorja timxi bl-għażliet li poplu jagħmel meta jiddeċiedi x’għandu jippreserva, jgħożż u x’għandu jibdel. Il-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista mhix xi eżerċizzju statutorju, iżda att ta’ ġudizzju kollettiv. Id-delegati ma vvutawx biss għal ismijiet. Ivvutaw għal viżjoni, għal kontinwità u għal Tmexxija li diġà ġiet ippruvata fil-prattika. B’mandat ċar u konvinċenti, il-Prim Ministru […]
Sħabi Delegati, Illum se nġeddu mandat, se nsaħħu direzzjoni, u se nibagħtu messaġġ ċar ta’ fiduċja. F’idejkom għandkom responsabbiltà kbira. Dik li tikkonfermaw it-tmexxija li kisbet rebħa storika, li għaddiet mill-isfidi b’kuraġġ, u li tat prova tal-kapaċità li twassal ir-riżultati għall-poplu Malti u Għawdxi. Għalhekk inħeġġiġkom tivvutaw b’konvinzjoni favur il-konferma mill-ġdid ta’ […]
Wara r-raba’ rebħa storika konsekuttiva, il-Partit Laburista għandu jikkonsolida l-mandat tal-poplu billi jikkonferma t-tmexxija li tat prova tagħha u tkompli tmexxi lil Malta b’għaqda, stabbiltà u viżjoni. Wara r-raba’ rebħa elettorali konsekuttiva u storika tal-Partit Laburista tat-30 ta’ Mejju 2026, wieħed ma jistax ma jirriflettix fuq verità aktar profonda: is-saħħa ta’ […]