Se nibqa’ nistaqsi għax li tqarraq bil-poplu Malti huwa serju u jixraqlu kundanna. Għal diversi xhur, Sarah Bajada u Alex Borg għażlu li jperrċu liċ-ċkejken Sam fil-politika. Borg u Bajada ilhom flimkien madwar sentejn. F’daqqa waħda ċ-ċkejken Sam, sparixxa mil-attivitajiet politiċi. U kieku ma tbassitx Sarah Bajada stess ħadd ma kien jgħid xejn. […]
Alex Borg ilu Kap seba’ xhur. Fil-kampanja elettorali, s-sieħba tiegħu Sara Bajada dehret kważi daqsu. Sara Bajada hija persuna pubblika u bħala persuna pubblika hija suġġetta għal skrutinju ikbar minn persuna normali. Ġaladarba għażlu li jesponu lit-tfajjel Sam ukoll iridu joqgħodu għad-domandi u lili ħadd ma jbeżżagħni jew jintimidani. Dan mhux attakk personali. […]
Alex Borg jista’ jikseb record ta’ żewġ elezzjonijiet mitlufa qabel iqaċċtuh. Meta inqas minn sena ilu tkaxkar u laħaq Kap tal-PN, kien qal li lest jirbaħ l-elezzjoni ġenerali wara xahar biss mill-ħatra tiegħu. Kulħadd jaf x’ġara ġimgħatejn ilu. Tafu għaliex f’Settembru 2025 kien qal FlourPower? Għax dan jaħseb li huwa Joseph Muscat. […]