Għadni kemm rajt il-programm ta’ Dione Borg – Opinjoni fuq NET. Il-Prim Ministru għandu minnufih jibgħat għal Jean Claude Micallef u jekk hemm xi nuqqasijiet jara llum qabel għada kif jirrimedja u jinkludih minnufih fil-ħidma biex il-Partit Laburista jerġa’ jkun rebbieħ. Kapulavur sħiħ ta’ kif wieħed janalizza s-sitwazzjoni politika u joffri mudelli politiċi […]
Ara li kieku kien xi Laburist kemm kien jinqala’ paroli imma la Nazzjonalist jista’. Ħudu paċenzja u tindaħħlux‼️ Jidher li Duncan Borg Myatt se jkun kandidat għal PN fuq ir-Raba distrett ta’ Rahal Gdid, Santa Lucia u Tarxien. Dan l-avukat diga’ kkontesta drabi oħra iżda baqa’ l-art. […]
Dr. Jason Azzopardi qalilna fuq Facebook li ħerġin l-inkjesti dwar Electrogas u 17 Black. Sa’ hemm xejn ġdid. Din id-darba iżda daħħal ukoll il-Fortina. Dwar il-Fortina ma hemmx inkjesti iżda rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika. L-awtur ta’ dan ir-rapport, bħal ta’ oħrajn, hu ħabib intimu ta’ Dr Jason Azzopardi. Jismu Keith Mercieca. […]