Issa ħa nara jekk The Times, Malta Today, Newsbook u l-oħrajn jistaqsuhomx huma, forsi iweġbuhom. Biex ma nsemmix dawk il-mejtin ta’ One News. Kien hemm bżonn noqgħod niġri jien wara l-espert tal-Karnival? Dawn imħallsin minn flusna bħala membri tal-Partit biex jagħmlu xogħol investigattiv. Qumu minn hemm.
Sinjuri tal-Partit Laburista u Partit Nazzjonalista u dawk kollha li Repubblika joqgħodu jiġru warajhom, id-darba li jmiss meta jistaqsukom xi ħaġa hekk wieġbuhom. Għidilhom li mhux affarihom bl-istess mod li huma qalulna li mhux affarina min jagħtihom il-flus u lil min jagħtu huma. Għaliex qalulna jinteressahom biss minn ta’ Repubblika. Hekk inwieġbuha […]
Filwaqt li ma weġbunix għall-ewwel mistoqsijiet dwar membri, irċevejt risposta li qaluli kitibha n-Nutar tal-Kurja ta’ Charles Ġuda. It-tweġiba kienet; “Repubblika hi konformi mal-obbligi tagħha fa’ rapietagg skont il-liġi li tirregola l-għaqdiet volontarji. Il-finanzi huma vverifikati minn awditur indipendenti minkejja li dan mhux meħtieġ skont il-ligi. Nirrapurtaw perjodikament u skont il-liġi lill-Kummissarju […]