L-Analiżi ta’ Joseph Muscat Interpretata b’mod Qarrieq

Neville Gafa

~ 6 days ago

L-Analiżi ta’ Joseph Muscat Interpretata b’mod Qarrieq

L-analiżi dettaljata u trasparenti li għamel l-eks Prim Ministru Dr. Joseph Muscat dwar il-proposti ta’ liġi għall-ippjanar ġiet intenzjonalment immanipulata minn ċerti midja lokali, li aktar qed jaġixxu bħala estensjoni tal-Partit Nazzjonalista milli bħala għodda ta’ tagħrif ġenwin. 

 

Minflok ma rrapportaw l-analiżi b’mod ġust, l-istess midja għażlu li jgħawwġu u jippreżentawha bħala waħda ta’ kritika fil-konfront tal-Gvern Laburista, meta fil-verità, il-messaġġ tiegħu kien favur ir-riformi.

 

 

Joseph Muscat

 

 

“Għażilt li minflok noqgħod fuq dak li qed jingħad, naqra dak li qed jiġi propost. Ħsibt li naqsam dak li sibt magħkom.”

 

Dr. Muscat kompla;

 

“Kif tistgħu taraw sibt realta’ u interpretazzjoni pjuttost differenti minn dik li hija l-impressjoni ta’ ħafna. Ovvjament se jkun hemm l-4 oqbra mbajjda li se joħorgu jgħajjtu għax jaħsbu li huma biss jifhmu u jistgħu jitkellmu.  Iżda l-fatti jibqgħu fatti u din hija liġi li fil-biċċa l-kbira tagħha ttejjeb fuq ta’ bħalissa.”

 

 

Din mhux l-ewwel darba li l-midja lokali timmanipula  biex iddgħajjef inizjattivi serji u proposti tal-Gvern. Issa li Dr. Joseph Muscat tkellem b’mod serju u ta spjegazzjoni ċara ta’ dak propost, l-akkolti tal-Partit Nazzjonalista, li bħalissa għaddej minn kriżi kbira interna, ħarġu jgħawwġu bil-għan li joħolqu dubji li ma jeżistux.

 

L-analiżi ta’ Dr. Muscat;

 

• Irrikonoxxiet dak li diġà jeżisti fil-liġi;

 

Ikkjarifikat bi kliem li jifhmu kulħadd, bosta għajdut u gideb li qed jingħaddu;

 

Identifikat fejn il-liġi setgħet tissaħħaħ;

 

• U kkonfermat li fil-maġġor parti tagħha, ir-riforma hi avvanz fuq is-sistema attwali.

 

Minkejja dan, il-midja indipendenti tat stampa kompletament differenti bi skop wieħed: li tgħawweġ il-verità u timmanipula dak li kiteb Dr. Muscat, kif ukoll idaħħal f’moħħ il-pubblika ċertu dubji li ma jeżistux. 

 

Ir-Riforma tibqa’ b’saħħitha u meħtieġa. Il-proposti tal-liġi għall-ippjanar mhumiex tentattiv biex il-Gvern jieħu aktar kontroll kif qed jippontifikaw xi NGOs u sezzjoni tal-media, iżda pass lejn iktar trasparenza, infurzar tar-regolamenti u ġustizzja fis-sistema tal-ippjanar.

 

Dr. Muscat tenna u spjega kif dawn il-proposti se jdaħħlu aktar trasparenza.

Malta jistħoqqilha ġurnaliżmu serju, mhux kmamar tal-aħbarijiet li jgħawwġu kemm jifilħu saħansitra anke dak li hu miktub bl- iswed fuq l-abjad.

 

Segwu l-analiżi meqjusa ta’ Dr. Muscat 👇

 

https://www.facebook.com/share/p/1A3g9xuVcW/?

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. saviour stivala August 2, 2025

    ”CERTI MIDJA LOKALI” Ma emmx xtaghzel bejnithom, pero fuq qudiem pole postion issib lil TA SALVU sa ghanke DISHONEST qalulu lil Prim Ministru. Veru kaz li il-qahba milli ikollha itik.

    Reply
  2. B. Borg August 3, 2025

    Joseph Muscat ma qabel Xmas kollox u irrimarka fejn kien hemm loop holes ma ttrangawx.

    Inutli noqodu niggustifikaw.

    Il-hazin irid jittranga.

    Issa jekk il-Bobby ghandu par ghandu jzomm il-barra ghax ghandu konflitt ta’ interess.

    Ic-cittadin li jgib il-pajjiz l-ewwel hu ta’ fehma simili.

    Reply

Leave a Comment saviour stivala Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *