L-analiżi dettaljata u trasparenti li għamel l-eks Prim Ministru Dr. Joseph Muscat dwar il-proposti ta’ liġi għall-ippjanar ġiet intenzjonalment immanipulata minn ċerti midja lokali, li aktar qed jaġixxu bħala estensjoni tal-Partit Nazzjonalista milli bħala għodda ta’ tagħrif ġenwin.
Minflok ma rrapportaw l-analiżi b’mod ġust, l-istess midja għażlu li jgħawwġu u jippreżentawha bħala waħda ta’ kritika fil-konfront tal-Gvern Laburista, meta fil-verità, il-messaġġ tiegħu kien favur ir-riformi.

Joseph Muscat
“Għażilt li minflok noqgħod fuq dak li qed jingħad, naqra dak li qed jiġi propost. Ħsibt li naqsam dak li sibt magħkom.”
Dr. Muscat kompla;
“Kif tistgħu taraw sibt realta’ u interpretazzjoni pjuttost differenti minn dik li hija l-impressjoni ta’ ħafna. Ovvjament se jkun hemm l-4 oqbra mbajjda li se joħorgu jgħajjtu għax jaħsbu li huma biss jifhmu u jistgħu jitkellmu. Iżda l-fatti jibqgħu fatti u din hija liġi li fil-biċċa l-kbira tagħha ttejjeb fuq ta’ bħalissa.”
Din mhux l-ewwel darba li l-midja lokali timmanipula biex iddgħajjef inizjattivi serji u proposti tal-Gvern. Issa li Dr. Joseph Muscat tkellem b’mod serju u ta spjegazzjoni ċara ta’ dak propost, l-akkolti tal-Partit Nazzjonalista, li bħalissa għaddej minn kriżi kbira interna, ħarġu jgħawwġu bil-għan li joħolqu dubji li ma jeżistux.
L-analiżi ta’ Dr. Muscat;
• Irrikonoxxiet dak li diġà jeżisti fil-liġi;
• Ikkjarifikat bi kliem li jifhmu kulħadd, bosta għajdut u gideb li qed jingħaddu;
• Identifikat fejn il-liġi setgħet tissaħħaħ;
• U kkonfermat li fil-maġġor parti tagħha, ir-riforma hi avvanz fuq is-sistema attwali.
Minkejja dan, il-midja indipendenti tat stampa kompletament differenti bi skop wieħed: li tgħawweġ il-verità u timmanipula dak li kiteb Dr. Muscat, kif ukoll idaħħal f’moħħ il-pubblika ċertu dubji li ma jeżistux.
Ir-Riforma tibqa’ b’saħħitha u meħtieġa. Il-proposti tal-liġi għall-ippjanar mhumiex tentattiv biex il-Gvern jieħu aktar kontroll kif qed jippontifikaw xi NGOs u sezzjoni tal-media, iżda pass lejn iktar trasparenza, infurzar tar-regolamenti u ġustizzja fis-sistema tal-ippjanar.
Dr. Muscat tenna u spjega kif dawn il-proposti se jdaħħlu aktar trasparenza.
Malta jistħoqqilha ġurnaliżmu serju, mhux kmamar tal-aħbarijiet li jgħawwġu kemm jifilħu saħansitra anke dak li hu miktub bl- iswed fuq l-abjad.
Segwu l-analiżi meqjusa ta’ Dr. Muscat 👇
2 Comments
”CERTI MIDJA LOKALI” Ma emmx xtaghzel bejnithom, pero fuq qudiem pole postion issib lil TA SALVU sa ghanke DISHONEST qalulu lil Prim Ministru. Veru kaz li il-qahba milli ikollha itik.
Joseph Muscat ma qabel Xmas kollox u irrimarka fejn kien hemm loop holes ma ttrangawx.
Inutli noqodu niggustifikaw.
Il-hazin irid jittranga.
Issa jekk il-Bobby ghandu par ghandu jzomm il-barra ghax ghandu konflitt ta’ interess.
Ic-cittadin li jgib il-pajjiz l-ewwel hu ta’ fehma simili.