Fid-9 ta’ Ottubru, Repubblika bbojkottjat Forum tal-Gvern dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, mhux minħabba l-aġenda, iżda għax sar f’lukanda tat-Tumas Group, marbuta mal-familja ta’ Yorgen Fenech. Fenech ġie lliberat minn ġurija bi tmien voti kontra wieħed. Iżda għal Repubblika, dan ma jfisser xejn. Il-familja żbaljata. Il-bini żbaljat. L-assoċjazzjoni żbaljata. Rifjut awtomatiku. Imbagħad, 24 siegħa […]
Il-Papa Ljun XIV, bil-Kardinal Malti Mario Grech maġenbu, ipoġġi l-futur tal-familja fiċ-ċentru tar-riflessjoni tal-Knisja, fost tħassib dejjem jikber dwar id-distakk bejn il-valuri Nsara u r-realtajiet tas-soċjetà moderna. Il-Papa Ljun XIV fetaħ laqgħa importanti fil-Vatikan, li qed issir bil-bibien magħluqa bejn is-7 u l-14 ta’ Ottubru, bil-parteċipazzjoni tal-presidenti tal-konferenzi episkopali u l-mexxejja […]
Nathaniel Attard tkeċċa minn Direttur Komunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Attard hu eks ġurnalist tal-media tal-PN, fejn serva wkoll għal numru ta’ snin bħala Kap tal-Aħbarijiet ta’ NET News kif ukoll editur tal-ġurnal In-Nazzjon. Apparti li kien Direttur Komunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, kien iservi wkoll bħala Kelliem Uffiċjali tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Aktar dettalji f’ dan il-filmat […]